Residenti Ta' Wied Il-Għajn Jipprotestaw Kontra L-Marina!

Wara pjanijiet li tinbena marina fil-bajja ta’ Wied il-Għajn, ħafna mir-residenti qed jipprotestaw kontra dawn il-pjanijiet għaliex jistgħu jkerrħu x-xatt tant għal qalbhom!

Il-pjanijiet għall-marina se jaffettwaw ħafna min-naħat fejn iħobbu jgħumu fihom in-nies għaliex minflokhom se jinbnew pontuni. Minħabba din il-marina se jkollhom jiżdiedu wkoll in-numri ta’ bastimenti fil-baħar ta’ Wied il-Għajn.

Għalkemm xejn mhu kkonfermat minn dawn il-pjanijiet, il-kunsill lokali ta’ Wied il-Għajn diġà ħa deċiżjoni kontra l-marina u r-residenti pprotestaw biex il-pjanijiet jitħassru.

Intom taqblu li għandha tinbena din il-marina?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI