Vanni Pulè magħruf fost il-Maltin bħala wieħed mill-figuri l-aktar ewlenin fid-dinja tal-maġija lokali, però jidher li l-impatt tiegħu qiegħed jinħass bil-kbir lil hinn minn pajjiżna! Riċentament, Vanni tella’ ritratt ta’ premju li ngħata mill-International Brotherhood of Magicians (jew IBM), li qiegħda tirrikonoxxi appoġġ kontinwu lill-organizzazzjoni u 50 sena ta’ ħidma bla heda tal-“aktar standards għoljin tal-maġija”.
Permezz ta’ dan il-premju, Vanni Pulè ssieħeb ma’ diversi professjonisti oħrajn tal-maġija bir-ranka ta’ Excalibur ġewwa l-Ordni ta’ Merlin, li ngħatalu fil-11 ta’ Lulju ta’ din is-sena. L-Ordni ta’ Merlin twaqqfet fl-1966 mill-IBM bħala premjazzjoni speċjali lil dawk li taw kontribut meritevoli f’ġieħ l-organizzazzjoni. Ir-ranka Excalibur hija t-tieni stadju tal-Ordni, ippreċeduta minn Shield għal 35 sena ħidma u segwita minn Excelsior għal 60 sena ħidma. Il-grupp attwalment iħaddan ‘il fuq minn 3,000 membru.

Magician.org
Apparti l-għotja ta’ dan il-premju, Vanni Pulè żvela wkoll kif ftit snin ilu ġie maħtur ukoll bħala President Internazzjonali. Huwa esprima l-gratitudni tiegħu lejn din l-organizzazzjoni u rringrazzjaha għal dan l-unur.
Facebook / Vanni Pulé