“Ritratt Għal Qalbi Ħafna…. Kont Mistieden Id-Dar Tas-Sabiħa Censina Cachia” – Ivan Gaffiero

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Ivan Gaffiero ppubblika ritratt gustuż tiegħu mal-kontestanti tal-ġimgħa l-oħra ta’ Come Dine With Me Malta. Hu kiteb dwar kemm kienet esperjenza speċjali li ġie mistieden id-dar ta’ Censina.

Kiteb, “Ritratt għal qalbi ħafna, meta din il-ġimgħa kont mistieden id-dar tas-sabiħa Censina Cachia. Xi ġmiel ta’ persuna b’ħafna pożittività. Xi ġmiel ta’ nies sibt ukoll fid-dar jistennewni fosthom it-tim kollu.”

Hu kompla billi rringrazzja lil kull min bis-saħħa tiegħu seta’ jseħħ dan il-programm u rringrazzjahom ta’ kemm kien programm ta’ suċċess.

Tassew iggustajnihom fil-kompetizzjoni tal-immudellar waqt Come Dine With Me Malta. Kienet idea differenti minn tas-soltu u verament brillanti!

Facebook / Gaffiero Ivan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI