Ritratt Meħud Il-Belt Valletta Fit-Tieni Gwerra Dinjija – Realtà Li Kienet Preżenti F’Pajjiżna

Hekk kif jagħmlu ta’ sikwit, fuq il-paġna Strada Stretta qasmu mas-segwaċi tagħhom ritratt ta’ Malta fil-Gwerra fejn tidher biċ-ċar il-ħerba li ħalla attakk. Dawn ix-xeni narawhom ta’ kuljum f’pajjiżi oħra, iżda madwar 84 sena ilu, din kienet ir-realtà f’pajjiżna.

Qalu, “Ħerba mill-Berġa ta’ Franza fi Triq Nofsinhar kantuniera ma’ Triq Zekka, il-Belt waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Tiftakru dak iż-żmien? Jew tiftakar xi rakkont tal-gwerra li kienu jsemmu tal-familja? F’nofs it-triq, ġuvnott bil-qalziet sal-irkoppa u kalzetti twal.”

Staqsew, “Ifakkrek f’xa ħadd? Aktar ‘l isfel, fi Triq Zekka, innota konsenturi fil-binja qrib il-berġa kif ukoll mara u raġel ifittxu qalb it-tifrik. Ritratt miġbud fis-7 t’April 1942 meta Malta laqqtet l-akbar ammont ta’ bombi.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI