The Malta records ħabbru rekord ġdid fuq il-paġna tagħhom.
Huma kitbu, “The Malta Records fi tmiem il-ġimgħa konna mistiedna minn grupp ta' ħbieb ta' qalb tajba sabiex insegwu u niċċertifikaw rekord nazzjonali ġdid fil-ġżejjer Maltin. L-ikbar ammont ta' zalzett misjur li persuna kielet f'10 minuti, b'piż ta' 750 gramma. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Emilio Barbara.”
Qalu wkoll, “Ir-rekord sar waqt Bachelor's party li ġie organizzat mill-ħbieb ta' Emilio ġewwa Camilleri's Old Piggery, is-Siġġiewi. Nirringrazzjaw lill-ħbieb ta' Emilio li stednuna fosthom. Nawguraw lil Emilio u lit-tfajla tiegħu futur hieni fil-ħajja miżżewġa. Fil-kummenti li tana wara li sar ir-rekord, ħalef li qatt aktar f'ħajtu mhu se jiekol iz-zalzett.”
Awguri kbira lil Emilio!
Facebook / The Malta Records