Mariella Mizzi Attard, omm il-kantanta lokali Corazon, kitbet dwar esperjenza li kellha għand Tabib tal-għajnejn.
Hi spjegat, “Darba mort għand tabib tal-għajnejn żagħżugħ li qatt ma kont mort għandu qabel. X’ħin dħalt għedtlu, “Ġejt biex nagħmel check-up ta’ għajnejja.” Ma stennejtx din ir-risposta mingħandu: “Tgħid ma ġejtx biex tiċċekkja żaqqek!” Ma nafx hux suppost kienet ċajta, imma ma kienx qed jitbissem. Jien ma tbissimtx lanqas, għax ħassejt li kisirni. Dan ilu ħafna, xi 20 sena. Tgħiduli bqajt tiftakar? U żgur li nibqa’ niftakar! Mhux diskors li jgħidu professjonist lill-pazjent, speċjalment jekk ma jafux. Kieku qalhieli ħabib kont nidħaq, imma dakinhar ma dħaqtx. Fil-fatt ma erġajtx mort għandu.”
Żiedet tgħid, “Ftakart fih illum għax għaddejt minn quddiem clinic fejn ipoġġi hu. Nispera li llum immatura u sar jagħraf kif jirrispondi. Imma xorta ma mmurx għandu. Supperva? Forsi iva, imma nippreferi mmur għand min jittrattani b’iktar dinjita’. Kieku intom terġgħu tmorru għandu?”
Facebook / Mariella Mizzi Attard