Roger Taylor, Id-Drummer Tal-Grupp Duran Duran, Jirtira Mill-Band Wara Dijanjosi Ta’ Tinnitus

Roger Taylor, tal-grupp Duran Duran, irtira mill-band wara li ġie djanjostikat bit-tinnitus. Taylor kien membru ewlieni tal-grupp Ingliż; huwa ngħaqad magħhom fl-1979 u ħa sehem f’uħud mill-aktar diski bikrin importanti tagħhom, fosthom l-album bl-istess isem tal-grupp (1981), l-album ta’ wara ‘Rio’ (1982), u ‘Seven And The Ragged Tiger’ (1983). Huwa ħalla l-grupp fl-1985, iżda reġa’ ngħaqad magħhom fl-2001 meta l-membri oriġinali reġgħu ltaqgħu flimkien.

Fi stqarrija, Taylor iddeskriva t-tluq tiegħu mill-band bħala "waħda mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli li qatt kelli nieħu", u żied jgħid li d-daqq tad-drums mal-grupp "kien l-akbar ferħ ta’ ħajti".

Hu kompla jgħid: "Qatt mhu se nkun nista’ nirringrazzja biżżejjed lill-fans għall-imħabba li wrewna matul is-snin. Iżda l-verità hi li t-tinnitus tiegħi qed imur għall-agħar dejjem aktar, u wasalt fi stadju fejn issa rrid nagħti kas ġismi u dak li jgħiduli t-tobba tiegħi."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI