Ronaldo Jirrilassa Fuq Jott Malti

L-istilla tal-futbol internazzjonali Cristiano Ronaldo jidher li għaraf sew kif għandu jirrilassa wara staġun impenjattiv ma’ Juventus. Hu jidher li qed iqatta’ ftit jiem ta’ btala fuq jott - jott li jiswa l-miljuni u li hu rreġistrat f’pajjiżna!

Hekk ġie rrappurtat fuq is-sit tuttosport.com fejn ġew impoġġija ritratti tal-jott li fuqu jinsab Ronaldo.

Ronaldo

Dan il-jott li hu kbir 46 pied u li jgib l-isem “Africa” jidher li jtajjar il-bandiera Maltija u rreġistrat taħt “Valletta”.

Minjaf...tgħid Ronaldo jsorġi xi ftit f’pajjiżna wkoll?

tuttosport.com

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI