Iċ-ċkejkna Kate tispjega kif wara ġimgħat ta’ terapija fl-Ingilterra, issa sa tkun qiegħda tmur il-Belġju fejn hemmhekk sa tissokta b’iżjed terapija sabiex forsi tkun tista’ tibda titkellem.
“Dan it-trattament jieħu kważi ħames sigħat kuljum,” tkompli ċ-ċkejkna u tgħid li jekk ikun hemm xi progress, mela allura sa tkun tista’ tikkomunika aħjar.
Iċ-ċkejkna tgħid li dan it-trattament jaħdem permezz ta’ frekwenzi li jservu ta’ stimolu sabiex il-moħħ ikun jista’ jaħdem aħjar.
Kuraġġ, Kate!
Ritratti: Facebook / Kate: Writing My Story