Samantha Pace Gasan Maħtura Kummissarju Għall-Persuni B'Diżabilità

Samantha Pace Gasan għadha kif ġiet maħtura bħala Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilità wara konsultazzjoni bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli.

Hija ħa tkun qed tassumi din il-kariga wara li l-predeċessur tagħha, Oliver Scicluna ġie magħżul bħala Membru Parlamentari aktar kmieni din il-ġimgħa.





Ritratt: DOI

Samantha Pace Gasan kienet membru tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fejn ħadmet u ppreżentat rapport dwar is-saħħa sesswali li rrakkomanda li l-età legali taż-żwieġ titla’ minn 16 għal 18.

Hija kienet membru attiv tal-Malta Girl Guides. Pace Gasan waqqfet in-Netwerk ta’ Mexxejja Żgħażagħ Nisa bil-għan li tara nisa żgħażagħ minn kull qasam tal-ħajja jikbru f’mexxejja soċjali.

Wara operazzjoni ta’ emerġenza tal-qalb u aortika, Pace Gasan skopriet li tbati bil-Marfan Syndrome, kundizzjoni li taffettwa primarjament it-tessut konnettiv fil-ġisem. Fl-2020, Pace Gasan kellha bżonn intervent mediku ieħor fejn sfortunatament esperjenzat puplesija waqt l-operazzjoni li wasslet għal telf tal-vista tal-għajn tal-lemin.

“Bil-ħatra ta’ Samantha Pace Gasan, il-gvern qed jibgħat messaġġ qawwi li Malta tħares lejn id-diżabilità bħala spettru wiesa’,” qalet l-istqarrija tal-gvern.

Facebook / Samantha Pace Gasan



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI