Il-ġimgħa d-dieħla mistenni jaħkem lill-gżejjer Maltin temp iżjed instabbli fejn ir-riħ se jitqawwa mhux ħażin u jaf anke naraw xi ħalbiet tax-xita.
"Firxa ta' pressjoni baxxa se terġa' ġġib temp instabbli fl-Ewropa," ħabbar is-sit Aġġornament tat-Temp li spjegaw kif l-Italja b'mod partikolari se tkun qed tintlaqat minn ammont sostanzjali ta' xita.
Konsegwentament jidher li Malta se tkun qed taffaċja jiem ta' riħ qawwi u temp imsaħħab. Se jkollna wkoll jiem b'possibbiltajiet għolja ta' xita.
Fil-fatt, nhar it-Tlieta, l-Ħamis u s-Sibt aktarx li se naraw riħ li anke jilħaq il-qawwa ta' forza 6.
Nhar l-Erbgħa wkoll jaf naraw xi raxxa xita.
Intom ħerqana għal dan it-temp?
Ritratti: Times of Malta u MaltaToday