L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li se jitwaqqaf monument f’ġieħ il-Professur Oliver Friggieri, li ħalliena nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru.
Fl-istqarrija ntqal li l-ġimgħa d-dieħla, Heritage Malta se tkun qed tistieden l-artisti biex iressqu l-proposti għall-monument li se jiċċelebra l-istudjuż Malti.
Permezz ta’ dan il-monument, l-isem ta’ Friggieri se jibqa’ jiġi mfakkar, qal Abela, filwaqt li rringrazzja wkoll lill-ġgant letterarju għall-kontribut tiegħu għal Malta u l-Maltin, b’mod partikolari fl-iżvilupp tal-lingwa u l-letteratura Maltija.
Ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima lil Professur Friggieri permezz ta’ funeral statali. Hu ħalla warajh wirt letterarju maħbub minn ħafna Maltin.
Facebook/Reqes Itlam