Nicholas Borg Bonaci għadu kif xeħet ritratt ħelu mmens flimkien ma’ waħda mill-akbar ħbieb tiegħu, l-għażiża kelba li jrabbi!
Hu jikteb kliem mill-isbaħ dwarha u juri kemm tfisser għalih u kemm verament jagħmel ċert li jżommha fuq wiċċ l-idejn flimkien ma’ żewġu. “Se nagħmel minn kollox biex inżommok kuntenta. Naf li m’intix żgħira fl-eta iżda l-aqwa li ma tbatix u tkun trattat bħal dejjem, ir-reġina tad-daer tagħna”.
Nicholas hawn qed ixerred eżempju mill-isbaħ, dak li lill-annimali nittrattawhom kif jistħoqqilhom u nieħdu ħsiebhom daqs l-aktar ħaġa prezzjuża li għandna. Wara kollox kif jgħidu, kelb u kwalinkwe annimal ieħor, kultant iħobbok ħafna aktar mill-bniedem!