“Se Nerġa’ Nagħmel Il-Camino De Santiago. F’Settembru Se Nimxi R-Rotta Tal-Camino Portugués – Rotta Differenti Għal Kawża Differenti” – Dorianne Mamo

Dorianne Mamo, il-preżentatriċi maħbuba minn ħafna, fuq il-mezzi soċjali tikteb, “Se nerġa’ nagħmel il-Camino de Santiago. F’Settembru se nimxi r-rotta tal-Camino Portugués – rotta differenti għal kawża differenti – biex niġbor fondi għal 300 tifel u tifla f’Kasese, l-Uganda.”

Hi żżid, “Se nimxu aktar minn 100km bl-għan li niġbru fondi biex jinbena ċentru għall-Iżvilupp tat-Tfal fil-Fażi Bikrija. Dan iċ-ċentru se jipprovdi ambjent sigur, inklussiv u kuraġġuż għat-tagħlim (li jinkludi klassijiet u toilets adegwati) għal madwar 300 tifel u tifla bejn l-età ta’ 4 u 9 snin.”





Ritratt: Facebook / Dorianne Mamo

Dorianne tispjega kemm għandna nqisuna xxurtjati, “Naħseb li kellna x-xorti li konna mogħtija ċ-ċans nattendu spazju msejjaħ skola – fejn tgħallimna, żviluppajna, investejna fina nfusna u għażilna t-triq ’il quddiem, tkun liema tkun. Jien naf li mhux dejjem nistgħu nbiddlu d-dinja, u li l-ħajja xi kultant tkun iebsa u inġusta. Imma tista’ tgħinni nibdel il-ħajja ta’ dawn it-300 tifel u tifla?”

Hi tkompli, “Kont qed nagħmel il-matematika; kieku kull persuna f’din il-komunità sabiħa / grupp tal-Facebook tagħti Ewro 1 – naħseb verament nistgħu naslu! Ewro wieħed; possibilment ma jfissirx ħafna għalik, imma għal dawn it-tfal, jista’ jfisser skola ġdida! Tista’ tgħinni f’dan? Jekk taqsam dan il-post, tkun diġà qed tagħmel ħafna. Tista’ tgħinni nxerred il-kelma?”

Dorianne ttemm tikteb, “Donazzjonijiet fuq Revolut 99047871 jew b’PM. Nipprovdi rċevuti.”

Facebook / Dorianne Mamo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI