“Se Nneħħu Tliet Maskri, Se Jkun Hemm Rebbieħ Wieħed Biss” – Il-Finali Ta’ Masked Singer Malta Se Jseħħ Il-Ħamis Filgħaxija

Il-paġna ta’ The Masked Singer Malta ppubblikat kelmtejn li jżidu l-kurżita għall-finali ta’ dan il-programm hekk kif ftit jiem oħra se nsiru nafu min hu r-rebbieħ.

Kitbu, “IL-FINALI qiegħed hawn! Se nneħħu tliet maskri, se jkun hemm rebbieħ wieħed biss.”

Huma ħeġġuna nkomplu naħsbu dwar min jista’ jkun taħt kull maskra hekk kif wieħed mit-tlieta li fadal se jkun dak li jirbaħ il-kuruna. Il-parteċipanti li baqa’ huma l-Bajda, Il-Merill, u l-Mostru tal-Iskart.

Żiedu jgħidu, “Titilfux il-finali ta’ Masked Singer Malta, dan il-ĦAMIS fid-disgħa u kwart ta’ billejl fuq TVM!”

Min taħsbu li għandu jkun ir-rebbieħ tal-ewwel staġun ta’ The Masked Singer Malta?

Instagram / @maskedsingermalta







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI