Sejħa Għal Soluzzjonijiet Innovattivi Bħal Parkeġġ, Carpooling, Teknoloġija Għas-Sigurtà Fit-Toroq U Aktar

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbar li ħarġet sejħa għal dawk li għandhom l-interess li jaqsmu soluzzjonijiet diġitali u innovattivi għat-trasport f’Malta.

Eżempji ta’ x’jista’ jiġi sottomess huma ideat għall-parkeġġ, skemi ta’ mobbilità sostenibbli bħal carpooling, pjattaformi diġitali biex jintegraw mezzi ta’ trasport differenti, u teknoloġija għas-sigurtà fit-toroq.

L-applikanti magħżula u l-proġetti tagħhom ser jingħataw finanzjament, mentoring, aċċess għal data u infrastruttura, kif ukoll opportunitajiet biex ikollhom provi tas-soluzzjonijiet tagħhom f’ambjenti reali.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit HAWN – Il-proposti għandhom jintbagħtu sat-30 ta’ Settembru 2025 fuq innovate.tm@transport.gov.mt 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI