Christa Cilia ttella’ dan il-messaġġ kommoventi.
“Sena għaddiet, u għalkemm qiegħda komda, dik il-biża’ għadha hemm. Kelina, Kelina… kemm inħobbok!”
Sena ilu kienet ixxerjat dan il-filmat.
“Ntella’ dawn il-posts biex nurikom li mhux biżżejjed taqbad kelb minn barra u taħseb li hekk lest ix-xogħol. Nurikom it-tbatija li jbatu l-klieb meta jiġu stmati ħażin, nurikom it-trauma tagħhom meta jispiċċaw f’idejn ħżiena, u nurikom ukoll kemm nbatu aħna magħhom mentalment.
Hemm raġuni waħda biss għaliex kelb jixraqlu jgħaddi minn dan kollu? Int ġibtu għandek biex trabbih – mhux hu ġie jħabbatlek il-bieb! Mela jekk m’intix kapaċi, għaliex iġġibu biex jgħaddi minn affarijiet li kelb m’għandux jgħaddi minnhom?
Staqsi mistoqsijiet lilek innifsek qabel tagħmel il-pass li ġġib kelb: “Jien kapaċi nieħu ħsieb lili nnifsi qabel nerfa’ r-responsabbiltà li nrabbi kelb?”
Prosit Christa hawn bżonn iktar kuxjenza dwar it-tbatija li jbatu klieb abbandunati.