Kien bħal-lum sena ilu meta Sarah Zerafa u żewġha David taw kelma lil xulxin, u bdew il-vjaġġ prezzjuż tal-ħajja miżżewġa. Xerrdet filmat b’memorji sbieħ minn dakinhar.
Fosthom jidhru mumenti qabel it-tieġ meta kienu lesti biex imorru l-knisja. Apparti dan, Sarah u David jidhru jiċċelebraw u jgawdu din l-okkażjoni speċjali.
Naraw anke l-mument romantiku immens, fejn kellhom l-ewwel żifna tagħhom, bil-kant ta’ Ryan Hili jakkumpanjahom.
Sarah kitbet kelmtejn waqt li tfakkar dan il-pass, “Sena ilu llum, iżżewwiġt lill-aqwa ħabib tiegħi, u niżżewġu għal elf darba oħra… għax dejjem mhix twila biżżejjed.”
Nawgurawlhom mill-qalb f’dan l-anniversarju speċjali. Awguri Sarah u David!
View this post on Instagram
Instagram/ Sarah Zerafa