Sentejn Minn Meta Tezara U David Qalu Iva Lil Xulxin – Awguri Minn Qalbna!

Għaddew sentejn minn meta l-attriċi, kantanta u l-għalliema Tezara daħlet għas-sagrament taż-żwieġ ma’ David. It-tieġ tagħhom kien wieħed mimli pjaċir, daħk u mħabba u kull min jara l-filmati tal-koppja ċertament li jista’ jixhed dan.

View this post on Instagram

A post shared by Tezara Saliba (@tez_talks)

Tezara qasmet ritratt tagħha flimkien ma’ David, ritratt li ħadu huwa waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-imħabba tagħhom. Aħna ddeċidejna li naqsmu magħkom filmat ħelu li juri l-mumenti speċjali mill-ġurnata tagħhom, inklużi l-mumenti umoristiċi tal-wegħda tagħhom lil xulxin, żfin, l-10 neputijiet li kienu kollha involuti, il-logħba taż-żarbun tal-għarusa u l-għarus li lagħbu minflok l-ewwel żifna, u mumenti oħra li ma jintesewx.

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Tezara u lil David l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali!





Instagram / Tezara Saliba



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI