Ser Naraw Lit-Travellers Bħal Ma Qatt Ma Rajniehom Qabel!

Illejla ser jinħareġ id-9 vidjow mużikali tal-banda popolari ‘The Travellers’. ‘Iljuni fis-silġ’ li hija wkoll it-titlu magħżul għal-album il-ġdid tagħhom titkellem fuq “M’huwa qatt biżżejjed li wieħed jaħseb li jista’ jgħix waħdu għaliex fl-aħħar mill-aħħar huma l-kuntatti u l-involviment tiegħu fis-soċjetà li jżommu lil dak li jkun ћaj. Waћedna mmutu. Però flimkien nistgћu nbiddlu d-dinja u nagħmlu l-impossibli, possibli”. Għalhekk iljuni!

Bħal ma wieħed forsi jaf, it-Travellers dejjem joħrorġu b’kunċetti ta’ vidjows mużikali oriġinali u dan mhux ser ikun inqas żgur. Rajna t-Travellers bhala statwa, rajniehom b’sorijiet ikkuluriti u issa qalulna li “…Se nidru fil-vidjow imma b'mod li ma timmaġinaniex issoltu.

Il-Mistoqsija allura tiġi waħedha, kif ser ikunu?

Ma’ Gwida.Mt, it-Travellers qalulna li “Il-vidjow mużikali li jmur mad-diska, jeħodna fid-dinja tal-animazzjoni u jћalli lill-udjenza tieħu gost bil-messaġġ b’mod differenti”.

Iljuni Fis-Silġ ser joħroġ illejla fil-5:00pm, fuq il-Youtube Channel Uffiċjali tat-Travellers. Dan il-vidjow mużikali huwa produzzjoni ta’ Maka Visuals. L-istess kumpanija wara l-aħħar vidjows mużikali ta’ Ħafi Paċi Kuluri, Ilkoll Flimkien, Tpenġijiet u Ersaq fil-Qrib. Aħna minn qalbna nixtiequ nawguraw lit-Travellers għas-suċċess li qedgħin jagħmlu bil-lingwa Maltija.

Facebook / The Travellers

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI