8 Serje Fuq Netflix – Biex Tidħak Ftit

Jekk int persuna li biex tirrilassa ma tkun trid xejn ikkumplikat u faċli biex isegwi, mela żgur li serje ħelwa li tnissillek tbissima żgur li tinżillek għasel. Hemm ħafna x’tista’ tara, u kultant tispiċċa tagħmel tant ħin tipprova ssib xi ħaġa addatta għalik li taqta’ qalbek u ma tara xejn! Allura iddeċidejna li nagħmlulkom ħajjitkom naqa aktar faċli u nagħtukhom ftit suġġerimenti.

1. Friends (10 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by Friends (@friends) on Sep 5, 2018 at 9:08am PDT

Is-serje popolari Friends, l-istorja ta’ sitt iħbieb u l-ħajja tagħhom żgur li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Tul l-għaxar snin il-ħbieb għaddew minn diversi sitwazzjoniet ta’ imħabba, ġlied, daħk, biki u wkoll sorpriżi. Flimkien jitgħallmu l-valur li tkun ħabib ta’ veru.

2. The Good Place (2 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by The Good Place (@nbcthegoodplace) on Nov 28, 2018 at 10:21am PST

Kummiedja ħelwa li ssegwi lil protagonista fil-ħajja ta’ wara l-mewt. Hi tispiċċa f’dak li hu magħruf ‘The Good Place’ għax jgħidulha li għexet ħajja tajba, eżemplari u altruwistika. Imma hi taf li dan mhux minnu għax kienet għexet ħajja literalment opposta u jidher ċar li l-arkitett ta’ dal-post ħa żball.

3. Atypical (2 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by Atypical (@atypicalnetflix) on Oct 29, 2018 at 11:43am PDT

Is-sensiela issegwi l-karattru prinċipali li jinsab fuq l-ispettru tal-awtiżmu li jiddeċiedi li jrid jibda joħroġ mat-tfajliet u jkun aktar indipendenti. Il-familja tiegħu jridu jadattaw għal din il-bidla u l-bidliet kollha f’ħajjithom ukoll. Grazzi għal dan kollu jinħolqu episodji realistiċi u tad-daħk, fejn wieħed jistaqsi x’inhu normali.

4. Grace & Frankie (5 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by GRACE AND FRANKIE (@graceandfranki.x) on Jan 8, 2019 at 10:26am PST

Storja ta’ żewġ karattri irtirati; Grace li kellha kumpanija tagħha tal-kosmetika u Frankie, hippie li tgħallem l-arti. It-tnejn li huma miżżewġin lil żewġ avukati, li jħabbru li ħa jitilqu n-nisa tagħhom għax iħobbu lil xulxin. In-nisa qatt ma qablu ma’ xulxin però b’xi mod iridu jgħixu flimkien.

5. Santa Clarita Diet (3 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by Santa Clarita Diet (@santaclaritadiet) on Nov 23, 2017 at 10:37am PST

Koppja li jaħdmu bħala bejjiegħa tal-propjetà jaffaċjaw diversi ostakli hekk kif il-mara titrasforma ruħha f’zombie. Fl-isfond ta’ dan kollu, waqt li r-raġel u l-familja qed jgħinuha irridu jkomplu mal-ġirien b’mod mill-aktar normali u jaraw kif ħa jsolvu dal-misteru.

6. Alexa & Katie (2 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by Alexa & Katie (@alexaandkatie) on May 11, 2018 at 10:22am PDT

Żewġt iħbieb kbar li jinsabu anzjużi li jibdew l-iskola l-ġdida jsibu ruħhom fi kriżi hekk kif waħda minnhom tiskopri li għandha kanċer. Huma jħossuhom barranin fl-iskola l-ġdida u jaraw x’jistgħu jagħmlu sabiex jintegraw mal-oħrajn waqt li jaffaċjaw l-isfidi tal-adoloxxenza.

7. Crazy Ex-Girlfriend (4 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by Crazy Ex-Girlfriend (@cw_crazyxgf) on Jan 23, 2019 at 9:02am PST

Sensiela li ssewgi lil protagonisti li hija avukatessa li tiġi offruta opportunità unika biex tkun partner fil-kumpanija li taħdem fiha però dal-fatt ibeżżagħha u kif tiltaqa’ mal-eks għarus tagħha li jkun ħa jmur lura lejn il-post li trabba’ fih. Hi tiddeċiedi li tmur warajh ħa tibda ħajja ġdida ’l bogħod minn ħafna ġenn.

8. Bojack Horseman (5 Staġuni)

View this post on Instagram

A post shared by BoJack Horseman (@bojackhorseman) on Jun 22, 2016 at 10:00am PDT

Sensiela animata li għalkemm fl-epidosji tal-bidu taf iddejaq lil dak li jkun minħabba ċajt kemmxejn vojt, aktar ma jgħaddu l-episodji s-sitwazzjonijiet isiru aktar reali u kemmxejn dipressanti . Hu propju f’dal-mumenti li l-element komiku jieħu l-ħajja u jikkuntrasta ferm ma’ dak li jkun għaddej.

Facebook / FRIENDS (TV Show)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI