Serving Christ – Matthew Grech B’Verżjoni Differenti Ta’ Kant

Permezz ta’ filmat fuq il-paġna tiegħu fuq TikTok, Matthew Grech qasam mas-segwaċi tiegħu verżjoni differenti tal-kanzunetta Kant. Kant li hija l-kanzunetta li ser tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ din is-sena, ġiet mogħtija lirika reliġjuża minn Grech, u s’issa għandha aktar minn 5000 view fuq TikTok.

Fost l-aktar lirika popolari ta’ Kant, flok I do it all the time, Grech qed jgħid praise him all the time u jkompli permezz tal-lirika, serving Christ.

Grech huwa magħruf għal diversi opinjonijiet kontroversjali u niftakruh ukoll fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta fejn kien wasal sal-fażi tad-djar tal-ġurija meta kien parti mill-grupp Horizon.

X’taħsbu, għoġbitkom?

@matthewgrechofficial SERVING CHRIST (Christian Remake of Kant by Miriana Conte, 2025 Malta Eurovision Entry) #kristjani #mirianaconte #eurovision2025 ♬ original sound – Matthew Grech

TikTok/matthewgrechofficial







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI