Id-dinja tat-tluq tal-karozzi tinsab tnewwaħ hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Anthoine Hubert, sewwieq prominenti fil-qasam tal-Formula 2, fl-età ta’ biss 22 sena. Hubert kien involut f’aċċident gravi fit-tieni lap tat-tellieqa Circuit de Spa-Francorchamps ġewwa l-Belġju, fejn spiċċa ħabat f’ħajt huwa u jevita l-karozza ta’ Giuliano Alesi quddiemu. Il-karozza ta’ Hubert imbagħad saħansitra ntlaqtet bis-saħħa mill-vettura ta’ Juan Manuel Correa, u wara li t-tnejn ittieħdu f’ċentru mediku, Hubert ħalliena kaġun tal-ġrieħi li sofra.
View this post on Instagram
L-aħbar ta’ mewtu ħalliet lill-akkaniti tas-serje tal-Formula mistagħġbin u mnikktin, u l-kondoljanzi ma damux ma bdew ifeġġu minn kull rokna tal-midja soċjali. Is-sewwieq tal-Formula 1 Esteban Ocon kien fost dawk li esprima lilu nnifsu fuq Twitter, fejn fakkar kif hu u Hubert kellhom l-istess żmien meta bdew itellqu. Temm dan il-messaġġ billi offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Hubert, u xtaqlu l-mistrieħ ta’ dejjem.
Can’t believe it, we had the same age, we started racing together and battled on track for years.
— Esteban Ocon (@OconEsteban) 31 August 2019
All my thoughts goes to his family. Repose en paix Anthoine pic.twitter.com/ud5U7k4UAQ
Absolutely shocked by the tragic accident of Anthoine Hubert. Terrible. My thoughts are with him and his family, friends, team and loved ones. #F2 pic.twitter.com/NzLTSfqmqT
— Max Verstappen (@Max33Verstappen) 31 August 2019
Hubert, li twieled ġewwa Lyon fi Franza fl-1996, beda l-karriera tiegħu fil-karting fl-età ta’ 10 snin lura fl-2006: is-sena li għaddiet, huwa rnexxielu jikseb it-titlu ta’ rebbieħ fis-serje G3. Bosta kienu jqisuh bħala wieħed mill-aqwa sewwieqa emerġenti, saħansitra ma deherx wisq ‘il bogħod milli jiggradwa u jilħaq il-livell ta’ Formula 1.
Nixtiequ nibagħtu l-kondoljanzi lill-qraba kollha ta’ Hubert f’dan il-mument.
Skysports.com