“Sfortunatament Lola Tilfet Għajn. Imma Ma Tilfitx Il-Karattru Ħelu Tagħha” – Ackerley Pace

Ackerley Pace kiteb messaġġ fuq il-paġna tiegħu jappella biex tinstab familja għal Lola. Din il-qattusa tidher xi ftit differenti għaliex għandha għajn nieqsa, imma xorta jiddeskriviha bħala ħelwa u mimlija mħabba.

Hu kiteb, “Sfortunatament Lola tilfet għajn. Imma ma tilfitx il-karattru ħelu tagħha, is-sbuħija tagħha, u l-imħabba li kapaċi tagħti. Hi għandha biss erba’ xhur u ħadd għadu m’offrielha dar. Għadha tistenna fil-gaġġa, titħasseb dwar meta se tasal il-familja dejjiema tagħha. Jekk jogħġobkom, iftu qlubkom għaliha. Jekk ma tistgħux tadottawha, aqsmu din il-post ma’ ħaddieħor. Share waħda tista’ tkun dik li tilħaq il-persuna li qed tistenna.”

Qal ukoll, “Tħallux għajn waħda mitlufa twaqqaf lil Lola milli tkun maħbuba.”

Ritratti:

Facebook / Ackerley Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI