“Sfortunatament Ħriġt Għall-Ġurnata Tax-xogħol, Iżda Mhux Ser Tirritorna Lura Mal-Għeżież Tiegħek.” – MP Omar Farrugia

L-Membru Parlamentari Omar Farrugia jtella’ din l-aħbar kerha dwar il-mewt ta’ Mario.

“Kif ħsadtna Mario. Sfortunatament ħriġt għall-ġurnata tax-xogħol, iżda mhux ser tirritorna lura mal-għeżież tiegħek.Ħaddiem u Foreman fi ħdan il-Public Works, bieżel u li dejjem ra li jagħtu l-għerf tax-xogħol tiegħu lil sħabu li ta’ kuljum ħadmu biex flimkien iwettqu l-proġetti.

L-aħħar biċċa xogħol li ċċelebrajna flimkien kienet ftit tal-jiem ilu meta inawgurajna l-proġett f’Wied iż-Żurrieq.Grazzi tal-ħidma tiegħek tul dawn is-snin kollha fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.Strieħ fis-Sliem ħabib. Kondoljanzi mill-qalb lill-familja kollha.”

 Kondoljanzi lill-familja u qraba f’dan il-mument ta’ swied il-qalb.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI