Sikkina u Flokk Mimli Demm – Tgħid Joseph Calleja Daħal F'Xi Waħda?

It-tenur Malti Joseph Calleja deher fuq il-profil ta' Facebook tiegħu iżomm sikkina viċin wiċċu u bil-flokk mimli tiċipis tad-demm! Mal-ewwel daqqa t'għajn taħsbu li daħal f'xi basla iżda dan mhu xejn ħlief ritratt minn wara l-kwinti tal- opera bl-isem Carmen.

Callejja jinsab ġewwa Berlin fejn qed jinterpreta parti prinċipali f'din l-opera ġewwa t-teatru Deutsche Oper Berlin flimkien mad-Deutsche Oper Orchestra u għadd ta' artisti rinomati oħrajn.

Jidher li din mhix l-ewwel prestazzjoni tiegħu ta' Carmen tant li stqarr li tal-llejla se tkun l-aħħar waħda. F'vidjow li poġġa fuq il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu, deher jirċievi applaws kbir waqt għeluq waħda mill-prestazzjonijiet ta' din l-istess opera.

Din mhix l-ewwel darba li t-tenur Malti Joseph Calleja jinsab barra mill-pajjiż jinterpreta xi parti f'xi opera fuq il-palk hekk kif il-leħen u l-ħiliet teatrali tiegħu ħaduh madwar id-dinja biex illum jinsab fost l-aktar tenuri rikonoxxuti u rispettati fuq livell Internazzjonali.

It-tim ta' Gwida.mt jawgura lil Calleja kull suċċess għall-prestazzjoni tal-llejla u għal dak kollhu li hemm lest għalih fid-dinja mużikali!

Joseph Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI