Għalkemm għadna ’l bogħod mill-imbierek Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla, id-diskussjoni kif Michela waslet lura minn ġewwa Tel Aviv kienet waħda – ħa nerġgħu nagħżlu l-kantant/a minn X Factor u imbagħad tinkiteb il-kanzuentta għalih?
M’hemm l-ebda metodu li jiggarantixxi xi riżultat partikolari, il-Eurovision Song Contest kaxxa magħluqa u kull sena hi differenti minn oħra. Din is-sena pajjiżna esperimenta bis-selezzjoni u l-poplu spiċċa kellu l-għażla tal-kantanta u mhux tal-kanzunetta.
Biex ngħidu kollox, il-kanzunetta intlaqgħet ferm tajjeb kemm mis-segwaċi tal-Eurovision Song Contest u anke mal-Maltin. Malta waslet sal-finali ta’ dan il-festival wara nuqqas ta’ sentejn u spiċċajna fl-14-il post, donnu l-formula ħadmet din is-sena!
Is-sena l-oħra kulħadd kien qed jitkellem dwar il-fatt li r-rebbieħ ta’ X Factor sejjer għall-Eurovision, xi ħaġa li kienet ġara daqs kristall. Wieħed mill-premji ta’ dan il-programm kien proprju l-unur li tirrapreżenta lil pajjiżek quddiem miljun ta’ telespettaturi.
F’waħda mill-mistoqsijiet li għamlu lil Alexandra Alden, waħda mill-ġurija f’X Factor Malta, saqsewha jekk ir-rebbieħ hux ħa jmur għall-Eurovision. Alexandra qalet li taħseb li iva, għadu wieħed mill-premjijiet imma bl-aktar mod onest tgħid li il-kuntratt li jirbħu huwa aktar eċitanti.

Ritratt: Instagram / Alexandra Alden
Ikollna nistennew u naraw... ħafna ħa jkunu qed isegwu l-X Factor, ġimgħa wara ġimgħa u ċertament li dan jiġi kkonfermat aktar tard mill-produtturi. Żgur li deċiżjoni bħal din mhux ħa tinżel tajjeb mal-kantanti stabbiliti li jkunu għażlu li ma jidħlux għal programm bħal dan, li hu aktar immirat għal kantanti ġodda.
Numru ta’ kantanti lokali kienu jużaw il-Malta Eurovision bħala pjattaforma biex jesebixxu t-talent tagħhom u fl-istess ħin jidħlu fiċ-ċans li jirrapreżentaw lil Malta f’dan il-festival prestiġġjuż. Barra minn hekk, konna nisimgħu ftit materjal oriġinali waqt xandira li ħafna Maltin isegwu!
Facebook / Alexandra Alden