Il-preżentatur Joe Julian Farrugia tefa’ fuq Facebook rigward l-użu tal-maskra u l-ammont ta’ mixi li qed jagħmel dal-aħħar.
Joe jikteb li “Dan l-aħħar qed nimxi aktar mis-soltu. Dejjem Ninsa l-maskra u jkolli nimxieha lura”. Bħalissa hi waħda mill-aktar affarijiet importanti meta mmorru f’ċertu postijiet. Mingħajrha ma nistgħux nidħlu kullimkien. Jekk jiġrilna bħal Joe Julian u ninsewha warajna, ikollna nieħdu paċenzja u nduru għaliha, għax nafu li mhux ser nitħallew nidħlu f’ ħafna mill-ħwienet.
Ifhem… hekk għandu jkun wara kollox! Aħjar triq doppja milli nkunu f’periklu. Xejn, xejn jekk inżidu l-mixi kif qal Joe Julian, iservina ta’ eżerċizzju, mhux hekk?
Facebook/ Joe Julian Farrugia