Jekk hemm xi dubju dwar jekk hix obbligatorja li tilbes il-maskra meta taqbad tal-linja, hi uffiċjalment imħabbra li IVA, bilfors li kull passiġġier ikun liebes maskra tul il-vjaġġ sħiħ.
“Uffiċjali tal-infurzar qegħdin jagħmlu spezzjoniet għall għarrieda biex jaċċertaw li l-passiġġieri qegħdin jilbsu l-maskri!”. Aħna l-adulti m’aħniex tfal żgħar però jidher li hemm bżonn aktar infurzar biex kulħadd jirrispetta saħħet ħaddieħor.
Prosit mill-qalb lil dawk kollha li qed jikkoperaw u grazzi akbar lill-ħaddiema kollha li qed jiżguraw li s-saħħa tal-pubbliku qed tiġi mħarrsa.