"Spiċċa B'Idejh Miksura U Għandu Xorti Jsalva… Dan Li Jiġri Meta L-Klieb Jitħallew Abbandunati Fit-Triq" – AAA

L-għaqda AAA fissret id-diżappunt tagħha wara li kelb li tħalla abbandunat fit-triq intlaqat aktarx minn karozza u b'konsegwenza t'hekk spiċċa "b'idejh miksura u b'trawma f'sidru tant li għandu xorti jsalva".

Il-kelb jidher li ilu dawn l-aħħar jumejn jiġġieled ma' saħħtu hekk kif bħalissa qed jingħata l-għajnuna medika li għandu bżonn mill-AAA.

"Verament nirrabjaw meta naraw sidien li jħallu lill-klieb tagħhom jiġru fit-triq jew agħar minn hekk jabbandunawhom fit-triq," saħqet l-AAA b'dispjaċir fejn appellat għal iżjed responsabbiltà.

Prosit lill-AAA tal-ħidma tagħhom!

Facebook / Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI