“Spiċċat F’Nofs Attakki Bla Raġuni U Kliem Li Ma Jixraq Lil Ħadd. Il-Mibgħeda Li Qed Tinfirex Mhix Biss Offensiva Hi Perikoluża” – Omm Edera Titkellem

Tard ilbieraħ filgħaxija, omm Edera ħalliet messaġġ fuq bintha u wriet id-diżappunt li qed jintqal ħafna paroli dwar l-għażiża bintha. Paroli li f’ħafna okkażżjonijiet qabeż il-limitu u kien hemm min infexx f’attakki personali.

Ommha Marvic tikteb, “Edera, hija tfajla b’qalb ġenwina u b’moħħ miftuħ. Hi titkellem bil-qalb u bis-sinċerità. Għal dan, flok sabet appoġġ jew ftehim, spiċċat f’nofs attakki bla raġuni u kliem li ma jixraq lil ħadd. Il-mibegħda li qed tinfirex mhix biss offensiva hi perikoluża u ta’ diżumanizzazzjoni.”

Hi żżid, “Min qed jitkellem kontra Edera, qatt ħaseb f’x’inhu jweġġa’? Qatt ħass il-biża’ ta’ ġenitur li jara lil ibnu jew lil bintu attakkat bla ħtija? Qatt ħaseb li b’dak il-kliem mhux qed jibni, imma jeqred? Qatt immaginajt li kelma tweġġa’ ħafna aktar minn daqqa ta’ ponn?”





Marvic tgħid, “Nappella b’ġenwinità inwaqqfu dan l-attakk bla bżonn. Ejja noqogħdu attenti għal dak li ngħidu, għax kliem iweġġa’, u l-kliem mhux dejjem jintesa. Ejja nrawmu kultura ta’ rispett, mhux waħda ta’ mibegħda.”

B’qalb li tħoss tgħid, “Edera, bħal ħafna u żgħażagħ oħra, jistħoqqilha tiġi apprezzata għall-valuri tagħha, mhux muġugħha għaliex titkellem b’sinċerità. Attakki bħal dawn ma jnaqqsux minnha imma jikxfu l-intolleranza ta’ dawk li jwettquhom.”

Hi ttemm, “Wieħed għandu jiftakar meta ninżlu għal dan il-livell ta’ attakk personali, ma nkunux qed niddefendu prinċipji inkunu qed nitilfu l-umanità tagħna. Filwaqt li niringrazzja lit-tim tal-produzzjoni, nawgura minn qalbi lill-koppji kollha li fadal.”



Facebook / Edera Fenech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI