L-ewwel fażi televiżiva tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta ġiet iffilmjata u hawn tistgħu ssegwu parti żgħira minn dak kollhu li ġara.
View this post on Instagram
Mill-filmat, ftit li xejn jidhru min huma l-kontestanti li kantaw quddiem il-ġurija fl-ewwel fażi ta’ din is-sena. Għall-ewwel darba, l-programm qasam il-fliegu u saru auditions ġewwa Għawdex ukoll.
Din il-fazi kienet maqsuma fuq ħamest ijiem, b’erbgħa minnhom isiru ġewwa ċ-ċentru tax-xjenza interattiva Esplora, u l-ħames ġurnata ġewwa lukanda ewlenija f’Għawdex.
View this post on Instagram
Għalkemm s’issa għadna ma rajna l-ebda kontestant ikanta, inqabad xi ħadd ikellem lil Ben Camille barra l-kamra tal-auditions!
Issa li l-fażi tal-auditions lesta, jmiss it-tieni waħda: Bootcamp. F’din il-fażi jibdew jingħaqdu l-gruppi filwaqt li jibqgħu jiġu eliminati l-kontestanti biex jintagħżlu dawk li ser jikkompetu fl-isfida tas-siġġijiet.
X Factor Malta jerġa jibda fuq TVM f’Ottubru li ġej.
Instagram / @xfactormalta