“Strieħ Fis-Sliem Nann. Kont Mara Qaddisa” – Joseph Agius

Sfortunatament ħallietna Kelina, in-nanna ta’ Joseph Agius. Flimkien ma’ ritratti li jqanqlu memorji tagħhom flimkien, Joseph kiteb kelmtejn emozzjonanti.

Strieħ fis-sliem, Nann,” hu kiteb. Gawdejniek ħafna… issa mur strieħ.”

“Kont mara qaddisa, dejjem bis-santi f’idejk, ta’ kull qaddis li wieħed jista’ jimmaġina. Dejjem titlob, mhux għalik, imma għal ħaddieħor. Forsi ma rnexxilekx tgħaddili l-imħabba għas-santi u l-qaddisin kif kellek int, imma żgur li għaddejtli l-isbaħ valuri: li nistma lil kulħadd bl-istess mod, li nħobb bla ma nistenna xejn lura, li nagħmel il-ġid kull mument li nista’, u li nitbissem, anke meta m’għandix aptit.”

“Ħallejtilna memorji sbieħ. Qiegħed niktiblek dan il-messaġġ u niftakar… nitbissem flok nitbikkem. Daqshekk kont mara twajba. Inħobbuk, Nanna Kelina.”





Facebook / Joseph Agius



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI