Fuq il-paġna uffiċjali Archdiocese of Malta tħabbar li studenti minn 11-il skola tal-Knisja kienu parti mill-14-il summit ta’ EkoSkola. It-tema ġiet ispirata minn San Franġisk t’Assisi.
Dan il-qaddis li xerred l-eżempju tiegħu rigward l-importanza tal-kura, kompassjoni u solidarjetà.
Jissemma l-bżonn li d-dinja tiġi mħarsa b’rispett u responsabbiltà, u li huma determinati li jgħaddu mill-kliem għall-azzjoni.
“L-istudenti għarfu l-importanza tal-eżempju u talbu biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jisimgħu leħinhom. Is-summit sar waqt iż-żjara tar-relikwa tal-qaddis f’Malta, b’kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u l-Provinċja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali.”
Prosit lil dawk kollha involuti!