Taħlita Ta' Temp Għal Din Il-Ġimgħa

Il-paġna tat-temp ta’ Facebook, Maltese Islands Weather, tellgħet it-tbassir tat-temp ta’ din I-ġimgħa li se jkollha ftit minn kollox!

Għada t-Tnejn, it-temperatura se tkun ta’ 33 grad Celsius u se jkun xemxi. Nhar it-Tlieta t-temperatura se tinżel għal 32 grad Celsius u se jkun l-aktar xemxi.

Nhar l-Erbgħa se naraw bidla drastika fit-temp hekk kif huma mistennija xi ħalbiet tax-xita iżolati u t-temperatura se tinżel għal 29 grad Celsius. It-temperatura se tibqa’ l-istess għall-Ħamis, li mistenni jkun imsaħħab.

Nhar il-Ġimgħa, ix-xemx terġa’ lura u t-temperatura se tiżdied għal 31 grad Celsius u 32 nhar is-Sibt.





Facebook / Maltese Islands Weather



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI