Taħseb Li L-Purċissjoni Tal-Ġimgħa Mqaddsa Mhix Xierqa Biex Jattendu T-Tfal?

Ta’ kull sena, filmati li jittellgħu fuq Facebook iqanqlu konversazzjonijiet u argumenti dwar il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa li jirrikreaw il-passjoni ta’ Kristu.

Filwaqt li ħafna nies jiddefendu din il-purċissjoni bħala tradizzjoni u reliġjon, ħafna oħrajn jikkritikawha ta’ kull sena, speċjalment peress li jkun hemm it-tfal preżenti.

Ħafna kkummentaw fuq filmati li ttellgħu fl-aħħar jiem li l-vjolenza, id-dmija u l-ħruxija murija f’purċissjonijiet bħal dawn huma maturi wisq għat-tfal u li t-tfal m’għandhomx jattendu għal purċissjonijiet bħal dawn. Oħrajn qalu li dan huwa estremiżmu reliġjuż u jiddevja għal kollox minn dak li hu dwar it-tagħlim tar-reliġjon Nisranija.

Inti x’taħseb dwar dan?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI