“Wasla oħra: ta’ tliet snin ġiet mormija fit-triq.” Hekk bdew il-messaġġ mimli frustrazzjoni tagħhom l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) fuq Facebook huma u jaqsmu ritratti ta’ Tina.
Komplew, “Is-sid nafu min hu, imma mħatra li mhux se jittella’ l-qorti, bħas-soltu!”
Żiedu jgħidu li xebgħu b’din is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha l-annimali f’pajjiżna, li tippermetti lin-nies biex jabbużaw mill-annimali u jabbandunawhom kif ġie ġie. Qalu wkoll li għalxejn għandna l-liġijiet jekk ma ninfurzawhomx.
Temmew jgħidu li l-ġimgħa d-dieħla Tina se tissewwa mbagħad titpoġġa għall-adozzjoni.