Tagħlaq Sninha L-Attriċi Tessie Fedele – Niftakruha Waqt ‘Dejjem Tiegħek Becky’ U ‘Deja Vu’ Fost L-Oħrajn

Tessie Fedele

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi bravissima Tessie Fedele. Lil Tessie m’għadniex narawha daqstant illum il-ġurnata fix-xena lokal, iżda l-karattri li ħadmet matul is-snin baqgħu maħbuba.

Lura fis-snin rajnieha f’produzzjonijiet televiżivi popolari fosthom Dun BenitIl-Madonna taċ-ĊoqqaDéjà Vù, u fuq kollox, Dejjem Tiegħek Becky. Nistgħu ngħidu li l-karattru ta’ Cecille waqt Dejjem Tiegħek Becky  jibqa’ wieħed partikolari immens.



Ċertament li kien jirnexxielha tnissel tbissima fost it-telespettaturi. Tistgħu terġgħu issegwu lil Cecille fuq is-sit uffiċjali ta’ Eileen Montesin fejn hemm l-istaġuni kollha ta’ Becky.



Awguri mill-qalb Tessie! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!



Ritratti:

Youtube/ DivertimentMalti/ DéjàVu – Sigla 2

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI