Tagħti Lin-Nanna Ritratt Diġitali Li Juri N-Nannu Kieku Kien Preżenti Għat-Tieġ Tagħha

Il-personalità Maltija Abigail Vick tkellmet fuq il-midja soċjali dwar kif sa minn tfulitha n-nanniet tagħha dejjem xtaqu li jkollhom il-privileġġ li jarawha tiżżewweġ.

Abigail tirrakkonta li meta wasal il-jum tat-tieġ tagħha, nannitha kienet preżenti iżda sfortunatament nannuha ma setax ikun hemm għaliex kien laħaq ħalla din id-dinja.

Minħabba f’hekk, Abigail ħarġet bil-ħsieb li turi lil nannitha ritratt tal-arti diġitali magħmul mill-artist Malti Keith, ta’ kif kien ikun il-jum tat-tieġ tagħha kieku nannuha kien preżenti.

F’filmat li hi tellgħet fuq il-midja soċjali, hi turi l-mument meta wriet dan ir-ritratt lil nannitha fejn minnufih emozzjonat ruħha.







Ritratti:

Instagram / @abigail.vick

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI