Taħsbu Li Dawn Ritratti… Jew Pitturi?

Dawn li qed taraw quddiemkom bħalissa huma xeni li faċli tiġbidhom f’tebqa t’għajn permezz ta’ kamera tal-iPhone li mbagħad jibqgħu misturin x’imkien fil-pellikola. Però għalkemm dawn jidhru realistiċi għalkollox, fil-verità dan huwa kollu xogħol ta’ id u pinzell, u l-ebda makkinarju fotografiku ma ntuża fil-ħolqien ta’ dawn il-pitturi.

P

P

Facebook / Andrew Micallef

Andrew Micallef huwa l-moħħ wara dawn ix-xbihat tal-għaġeb, artist li jispeċjalizza fit-teknika ta’ pittura fotorealistika. Kemm jekk ikun qiegħed ipenġi d-dettalji tad-dellijiet fuq il-bini tal-irħula, kemm ikun qiegħed joħroġ fid-deher ir-reqqa u l-irqaqat tat-tempji megalitiċi, il-pitturi ta’ Andrew jħallu lin-nies imbellhin u ħalqhom miftuħ.

P

P

Facebook / Andrew Micallef

Il-pittur irnexxielu jikseb it-tifħir ta’ mhux biss il-pubbliku Malti iżda saħansitra artisti oħrajn, fosthom Ġorġ Mallia, li jisħaq li “huwa diffiċli ħafna ma tużax is-superlattivi biex tiddeskrivi xogħlu”. Tliet xhur oħra, Andrew ser ikun qiegħed iniedi t-12-il wirja personali tiegħu bl-isem ta’ L-Għana Tax-Xtajtiet ġewwa l-Banca Giuratale r-Rabat, Għawdex.

Facebook / Andrew Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI