Taħsbu Li L-Għalliema Għandhom Ikunu Minn Tal-Ewwel Li Jirċievu L-Vaċċin Tal-Covid-19?

Din il-ġimgħa, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ladarba l-vaċċin ikun f’Malta, l-ewwel prijorità se tingħata lil dawk li jiġu f’kuntatt ma’ dawk vulnerabbli, inklużi infermiera, spiżjara, pulizija u uffiċjali tal-protezzjoni ċivili u dawk li għandhom iktar minn 80 sena.





Il-Union of Professional Educators qed tappella lill-gvern biex jinkludi wkoll edukaturi fost il-frontliners, u jagħtihom l-ewwel prijorità biex jirċievu dan il-vaċċin. Tajjeb li nfakkru li l-għalliema qed ikunu f’kuntatt dirett ma’ numru ta’ tfal u dan żgur li jgħin fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

“L-unjoni tħeġġeġ lill-gvern biex jikkunsidra l-edukaturi tagħna bħala frontliners f’dan il-mument, minħabba n-numru kbir ta’ nies li qegħdin jiġu esposti għalihom kuljum, u b’hekk jiżdied sostanzjalment ir-riskju li jikkuntrattaw u jxerrdu l-virus b’mod involontarju,” l-istqarrija tgħid.



“Il-bosta każijiet misjuba fl-iskejjel matul ix-xhur li għaddew u l-perjodi konsegwenti ta’ iżolazzjoni, jew kwarantina li l-edukaturi tagħna kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom, kienu qed jgħabbu lill-edukaturi kemm f’termini ta’ xogħol kif ukoll sillabi li jeħtieġu li jitlestew fi żmien stipulat ta’ perjodu ta ‘żmien, kif ukoll psikoloġikament bħala riżultat ta’ l-ansjetà, l-istress, u affarijiet oħra f’dawn iż-żminijiet inċerti. “

“Jekk inħallu lill-edukaturi tagħna l-possibbiltà li jirċievu t-tilqima u ma tkunx obbligatorja jnaqqas ir-riskju li l-iskejjel ikunu nieqsa mill-istaff, jew li jiffunzjonaw bl-addoċċ, minħabba li jinstabu xi numru ta’ każijiet fi skola, jew każijiet individwali, fost l-edukaturi,” huma qalu, u nnotaw ukoll li l-edukaturi ilhom jaħdmu bla heda biex ikun żgurat li l-edukazzjoni li jistħoqqilhom it-tfal tingħata, minkejja dak li għaddej.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI