Il-preżentatriċi mill-kamp sportiv Joanna Camilleri kienet waħda mill-mistednin ta’ Luke Dalli fuq AWLA fejn tkellmet dwar il-kummenti tan-nies fuq il-mezzi soċjali u kemm dawn kapaċi jweġġgħu lil dak li jkun.
Hi tgħid, “Tajjeb li nkunu iżjed sensittivi għall-kummenti li ngħaddu fuq social media. Il-kummenti li nitfgħu fuq social media jarahom kulħadd u għandna naħsbuha darbtejn qabel intellgħu kumment u naħsbu fuq ir-riperkussjonijiet li jista’ jkun hemm.”
Joanna tkompli żżid li qabel dak li jkun kien jirċievi ittra anonima u għalkemm din kienet ħażina, l-ittra jkun raha biss l-individwu li jkun irċevieha, iżda meta xi ħadd jinħeba wara profil falz il-kliem tiegħu qiegħed jinxtered ħafna aktar.
Kliem li jweġġa’ u jagħmel ħafna u ħafna ħsara.