"Tajtni Ħafna Raġunijiet Biex Inkun Kburija Bir-Raġel Li Sirt… Grazzi Tal-Imħabba U R-Rispett Li Dejjem Turini" – Omm L-Attur Aiken Buhagiar

Illum jagħlaq sninu l-attur lokali Aiken Buhagiar. Lil Aiken rajnieh f’produzzjonijiet li kienu tant ta’ suċċess fosthom It-Tfal, Division 7 u Strada Stretta. Persuna speċjali f’ħajtu, l-għażiża ommu, kitbet messaġġ biex tawguralu.

“Forsi ma nżommokxx f’dirgħajja issa, imma dejjem se nġorrok f’qalbi. Tajtni ħafna raġunijiet biex inkun kburija bir-raġel li sirt, imma l-aktar mument ta’ kburija għalija huwa li ngħid lil ħaddieħor li int ibni.”

Xerrdet anke ritratt mill-isbaħ tagħhom flimkien. “Grazzi talli dejjem kont hemm għalija, Grazzi tal-imħabba u r-rispett kollu li turini,” kitbet omm Aiken.

Nagwurawlek Aiken!





Facebook/ Aiken Buhagiar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI