Is-surmast Lelio Spiteri, minn Happy School t’Għawdex, kontinwament jiddedika l-enerġija tiegħu għall-edukaturi u l-istudenti. L-imħabba u r-rispett tiegħu lejhom huma kbar u dan japprezzah kulħadd.
Ilbieraħ ġenituri partikolari wara li fetaħ qalbu dwar ibnu, wera l-apprezzament tiegħu lejn id-dedikazzjoni ta’ Lelio.
“Qabel ħallejna lil xulxin, taptapli fuq spallti u qalli, ‘Kompli kif int sejjer, tinbidel qatt, dak li qed tagħmel kompli agħmlu. Naf li ma timxix ‘by the book‘. Kompli kun int!’ U jien hekk qed inkompli nagħmel bl-għajnuna ta’ sħabi l-edukaturi u l-ġenituri, minkejja li mhux l-ewwel darba li ssib min ma jifhimx eżatt il-filosofija li biha nimxi jien, is-sens ta’ Happy School…”
Lelio jikteb li t-twemmin tiegħu f’sistema li tagħti priorità ill-istudent hu xi ħaġa li jrid iżomm dejjem. Jisħaq fuq il-fatt ta’ kemm jemmen fit-tfal, u b’dan il-mod jimxu ‘l quddiem. Nammirawk Lelio!