Tarbija Ta' 5 Ijiem Tmut Wara Li Tifel Irnexxielu Jidħol Fis-Sala Tal-Maternità U Qalibha Mill-Benniena

Fi Franza, tarbija tat-twelid tilfet ħajjitha wara li tifel ta’ 6 snin mingħajr ma ntebaħ ħadd irnexxielu jidħol fis-sala tal-maternità u qaleb lil din it-tarbija li kien għad kellha biss 5 ijiem mill-benniena li kienet fiha. It-tobba għamlu li setgħu sabiex isalvaw lit-tarbija, iżda b’xorti ħażina din tilfet ħajjitha erbat ijiem wara.

It-traġedja seħħet fil-belt Franċiża ta’ Lille b’ħafna qed jippuntaw sebgħajhom lejn in-negliġenza murija min-naħa tal-isptar. Tant hu hekk, li missier it-tarbija tat-twelid saħaq li ma jikkundannax la lit-tifel u lanqas lill-ġenituri tiegħu iżda lill-isptar li skontu kien messhom qagħdu iżjed attenti.

It-tifel ta’ 6 snin kien qiegħed iqatta’ ġranet sħaħ l-isptar billi ommu kienet qed tirkupra mit-twelid tal-aħħar tarbija tagħha. Xi rapporti qed jgħidu wkoll li t-tifel kien ilu jħasseb lill-pazjenti u t-tobba tal-isptar. Dan hekk kif kien qed jidħol f’ħafna kmamar differenti mingħajr l-ebda superviżjoni.

Sors: DailyMail

Ritratt: Westend61







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI