Maria Jenkins għandha ferm għal qalbha t-tfal ġewwa Uganda u dejjem tara kif se tagħmel biex tkompli tgħin lil dawn it-tfal li tant għandhom bżonn għajnuna.
Ftit tal-jiem ilu, Maria qasmet messaġġ lil dawk li pprovaw jagħmlulha l-ħsara, “Ma jimpurtax! Tawni t-titlu ta’ miġnuna u pprovaw jirredikolawni li jien Mother Theresa (b’sarkażmu) imma ma jimpurtax, jimporta biss li nara ‘l dawn it-tfal li sa xhur ilu ma kellhom xejn u llum sa M&Ms qed jilqgħu f’idejhom. U la nitla’ ħdejkom x’ma dduqqux!”
Hi tgħaddi r-ringrazzjament tagħha lil Victor Ivan li qed jaħdem bi sħiħ biex iwettaq il-ħolm tagħha u x-xewaqt li għandha għal dawn it-tfal isiru reali.
Kompli bil-ħidma tiegħek u kompli għin lil dawn it-tfal! Ċertament li l-għajnuna tiegħek hija apprezzata ferm.
Facebook / Maria Jenkins