“Tbati Mill-Ansjetà Tas-Separazzjoni, Għalhekk Teħtieġ Dar Fejn Ikun Hemm Xi Ħadd Magħha L-Biċċa L-Kbira Tal-Ħin.” – Christa Cilia

Kelba ta' 5 snin

L-attivista lokali Christa Cilia qasmet ritratti ta’ kelba ta’ ħames snin li qed tistenna dar dejjiema li żżommha u toffrilha protezzjoni vera.

“Din il-kelba sabiħa ta’ 5 snin hija żgħira fid-daqs, sterilizzata, u dħulija ma’ klieb oħra. Hija tbati mill-ansjetà tas-separazzjoni, għalhekk teħtieġ dar fejn ikun hemm xi ħadd magħha l-biċċa l-kbira tal-ħin jew xi ħadd li jadottaha u jeħodha miegħu meta joħroġ.”

Il-kelba m’għandhiex tkun f’dar bil-qtates idealment. Teħtieġ dar fejn hemm kalmizza u mħabba. Tista’ tibgħat messaġġ għal aktar informazzjoni jew jekk titħajjar tadottaha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI