Wara ġimgħa ta’ temperaturi għoljin, illum it-temp mistenni jkun ferm inqas sħun, b’kundizzjonijiet ġeneralment xemxin u ċari madwar il-gżejjer Maltin.
Skont il-paġna It-Temp Madwarna, il-ġurnata se tkun prinċipalment xemxija, bi ftit sħab jidher kmieni f' xi waqtiet u aktar tard filgħaxija. Ir-riħ se jkun ħafif, Forza 3, mix-Xlokk (SE), u matul il-ġurnata se jdur min-Nofsinhar (S).
Il-baħar se jkun moderat fil-bidu tal-ġurnata u jsir ħafif aktar tard, b’imbatt minimu ħafna mill-Majjistral. L-ogħla temperatura mistennija tilħaq it-32°C, filwaqt li matul il-lejl tinżel sa 24°C. Minkejja dan, it-temperatura li tinħass tista’ tilħaq is-36°C matul il-ġurnata.
L-indiċi tal-UV illum se jkun ta’ 9, għalhekk hu rakkomandat li min se jqatta’ ħin barra jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa kontra r-raġġi qawwija tax-xemx.
Fotografija ta’ Audrey Vassallo, mill-paġna It-Temp Madwarna