Tgħid Valentina Rossi Se Tkun Qed Tingħaqad Ma' Martina, JD u Abel Fuq Magic?

It-trio popolari li qed nisimgħu kull filgħodu fuq Magic Malta, dalgħodu qasmu ritratt biex jinku ftit lis-semmiegħa. Fir-ritratt jidher li se jkunu qed jiżvelaw preżentatriċi ġdida li se tkun qed tingħaqad magħhom.

Kif kulħadd jaf, Martina bħalissa qed tistenna tarbija u jista’ jagħti l-każ li l-preżentatriċi l-ġdida se tkun qed tingħaqad magħhom fl-assenza ta’ Martina. Mir-ritratt li qasmu, jidher li din il-preżentatriċi mhi ħadd ħlief Valentina Rossi.

Intom tistgħu taraw ir-ritratt u taraw jekk taslu għall-istess konklużjoni li wasal it-tim tagħna! Jekk dan hu minnu, ċertament li s-semmiegħa ta’ Magic Malta se jkunu qed iqumu b’ħafna enerġija!

X’taħbsu?





Facebook / Valentina Rossi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI