Tgħid Aħna L-Maltin Nesaġeraw Meta Ngħidu Li Qed Tagħmel Is-Sħana?

Ħafna mill-Maltin jgħidu li jħobbu s-sajf, iżda oħrajn ma tantx! Xi kultant aħna l-Maltin jista’ jkun li nkunu naqra drammatiċi meta nitkellmu bejnietna dwar it-temperaturi sħan. Dawn huma ħames stadji li kważi kull Malti u Maltija jgħaddu minnhom prattikament f’kull sajf!

1. Allerwieħ! Fl-aħħar wasal dak l-imbierek sajf!

It-temperaturi bdew telgħin, mela arana sejrin naqbżu qabża u nixxemxu xi naqra! Ħafna Maltin tibda ssibhom fuq xi ramla taħt xi umbrella! Kemm hu sabiħ is-sajf!

2. U leee mhix daqshekk sħana! Is-sajf l-ieħor kien ħafna iktar sħun!

U le x-xemx għadha mhix daqshekk qawwija. Nistgħu nissaportuha!

3. Agħmel s-sunblock!

Iva! Issa r-raġġi tax-xemx bdew jinħassu sewwa! Ir-radju beda jappella biex nindilku bis-sublock u kemm jista’ jkun nibqgħu ġewwa fil-ħinijiet meta r-raġġi tax-xemx ikunu l-aktar qawwija. Aħjar nindilku b’dak is-sunblock għax nispiċċaw b’xi xemxata!

4. Xi sħana!

It-temperaturi bdew telgħin; 30°C, 31°C, 32°C , 33°C! Maaa xi sħana! Għaraq nieżel, sħana insaportabbli. Aħjar qegħdin il-baħar!

5. Insaportabbli!

Jibdew jinxtegħlu l-fannijiet u l-air conditioners! Jekk nidħlu fil-karozza, ma nistgħux noqogħdu mingħajr ma nixegħlu l-air conditioner hemm ukoll! Wisq sħana!

BONUS: Jibda t-tgergir!

X’tidlik! Kemm qed tagħmel sħana! Is-sajf l-ieħor ma kienx hekk! Qed tinbidel il-klima naħseb jien! Iġri tiġi dik l-imbierka xitwa!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI